Pariri rigward Viża għaċ-Ċittadini Maltin

Pariri rigward Viża għaċ-Ċittadini Maltin

It-Taqsima tal-Pariri dwar Viża fi ħdan l-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari huwa punt ta’ riferiment li tipprovdi pariri ġenerali fuq jekk ċittadini Maltin għandhomx bżonn viża jew le biex jivvjaġġaw f’pajjiż speċifiku kif ġej:
​​​

Għal vjaġġi barra minn Malta

  • Għal-lista ta’ pajjiżi li jippermettu dħul mingħajr viża għal ċittadini b’Passaport Ordinarju Malti, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
  • Għal lista ta’ pajjiżi li ċittadini b’Passaport Ordinarju Malti jistgħu jeħtieġu viża għalihom, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
 
Uffiċjali Pubbliċi Maltin li se jivvjaġġaw fuq xogħol uffiċjali barra miż-żona Schengen jistgħu jiġu ggwidati billi jikklikkjaw fuq in-Noti ta' struzzjonijiet. Importanti, li dawn l-uffiċjali jkunu wkoll iridu jimlew Formola A appena jirċievu indikazzjoni li wisq probabbli ser ikunu meħtieġa jivvjaġġaw fuq xogħol uffiċjali barra mill-UE.


Punt ta’ kuntatt għal informazzjoni dwar il-Viża għal ċittadini Maltin

Kwalunkwè talba għal parir dwar il-viża għandha sseħħ billi tintbagħat imejl jew iċċempel lit-Taqsima tal-Pariri rigward Viża. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikklikkja hawn.  


Ċaħda ta' responsabbiltà

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej mhuwiex responsabbli għall-ħruġ ta’  viżi lil ċittadini Maltin minn stati barranin. Rekwiżi tal-viża għaċ-ċittadini Maltin li se jmorru barra huma invarjabbilment suġġetti għal bidliet mill-pajjiżi ospitanti. Il-Ministeru jagħmel ħiltu kollha sabiex jipprovdi informazzjoni korretta li tkun disponibbli għalih fil-ħin tas-sottomissjoni tal-mistoqsija. L-informazzjoni relatata mar-rekwizi tal-viża miktuba f’dan id-dokument huma biss indikattivi u maħruġin biex jassistu lid-detenturi tal-Passaport Ordinarju Malti. Il-Ministeru m'għandux jinżamm responsabbli għal kwalunkwè varjanza fl-informazzjoni provduta. L-applikant jista’ jivverifika r-rekwiżiti b'mod indipendenti minn dan is-servizz. Hija ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha li l-mistoqsijiet jiġu sottomessi sew qabel id-data ppjanata tat-tluq. L-informazzjoni għandha wkoll tkun iċċekkjata aktar qrib tad-data tat-tluq iġifieri qabel ma tivvjaġġa lejn pajjiżi li ordinarjament ma jeħtiġux viża għal dawk li għandhom passaport Malti.


Vjaġġar lejn Malta  

Ċittadini barranin li qed ifittxu parir dwar il-viża biex jivjaġġaw lejn Malta għandhom jikkonsultaw direttament mas-Central Visa Unit (CVU) fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi.
Indirizz
18,
Triq Zakkarija
Il-Belt Valletta, VLT 1133
Malta

Telefown
+356 21 242 191​

Imejl