Artikli

Malta u l-Agenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA)

Meta wieħed isemmi id-Diplomazija b’relazzjoni max-Xjenza Nukleari, l-ewwel ħsibijiet li jiġu f’moħħ l-individwu forsi huma immaġini ta’ laqgħat bejn Mexxejja ta’ Poteri Nukleari fi żmien ta’ tensjoni politika, ta’ Kapijiet tal-Istat jiffirmaw xi trattat dwar id-Diżarm, tal-Gwerra l-bierda, jew tal-armamenti Nukleari ta’ xi pajjiż jew ieħor. Għalkemm din it-tip ta’ ‘’Diplomazija Nukleari’’ tradizzjonali ffukata fuq l-aspetti Militari, tibqa kruċjali fix-xenarju politiku tal-llum il-ġurnata, il-komunità internazzjonali kull ma jmur dejjem qiegħda tenfasizza aktar fuq il-promozzjoni tal-użu paċifiku tal-enerġija u t-teknoloġija Nukleari. Din l-enfasi tintroduċina ma dimensjoni ġdida tad-Diplomazija relatata max-Xjenza Nukleari filwaqt li tressaq is-suġġett lil’hinn mill-affarijiet Militari u tlaqqaw ma’ dak tal-Iżvilupp Nazzjonali.

Publication Date: 11/06/2020Author: Matthew Attard
Malta fl-isfera internazzjonali: perspettiva ta' Stat żgħir

Mill-aspett tal-lingwa, it terminu “żgħir” juntuża sabiex jgħati tifsira ta’ daqs. Madankollu meta dan it-terminu jintuża biex jiddefinixxi Stat, nsibu ruħna nippruvaw nifmhu x’irridu ngħidu meta nsemmu Stata żgħir. Ta min jsemmi li għad hemm dibattitu kontinwu dwar x' jikkostitwixxi Stat żgħir. L-opinjonijiet huma diverżi, iżda l-akkademiċi naqsu milli jistabbilixxu definizzjoni singolari ta’ x’infisru bi Stati żgħar. Ħafna jargumentaw li d-daqs huwa definit mill-massa tal-art tal-pajjiż filwaqt li oħrajn huma tal-fehma li l-istatura tista’ tiġi perċepita mir-rwol tal-pajjiż fil-ġerarkija internazzjonali.

Publication Date: 01/06/2020Author: Michela Zammit; Dennis Grech; Kimberly Zammit
Ir-Rwol tal-Istati Żgħar fir-Relazzjonijet Internazzjonali

Minkejja d-daqs ġeneralment insinifikanti tagħhom u n-nuqqas ta’ poter, stati żgħar għandhom it-tendenza li jkunu attivi ħafna fir-relazzjonijiet internazzjonali. Tabilħaqq, stati żgħar jilgħabu rwol importanti fid-diplomizija multilaterali.

Publication Date: 25/05/2020Author: Dennis Grech
Id-diplomazija tal-Klima ta’ Malta

Bosta jassoċjaw l-azzjoni dwar il-klima mal-politika nazzjonali. Għalkemm il-governanza tilgħab rwol vitali, il-politika barranija, permezz tad-diplomazija tal-klima, tilgħab rwol ugwalment importanti. In-netwerks li aħna, bħala diplomatiċi, nikkultivaw permezz tal-ambaxxati tagħna u permezz tas-sehem tagħna f’laqgħat reġjonali u internazzjonali jgħinuna nfasslu strateġiji tal-klima mirati għal pajjiżi u reġjuni differenti tad-dinja; l-istess strateġiji jgħinuna nsawru sħubijiet effettivi madwar id-dinja

Publication Date: 18/05/2020Author: M Micallef
Malta u l-multilateraliżmu - Michela-Maria Zammit u Kimberly Zammit

It-thaddin tal-kunċett tal-multilateraliżmu huwa ndispensabbli fil-konfront tad-dinja mmexxija minn Globaliżżazzjoni u l-Interkonnetivita’.

Publication Date: 12/05/2020Author: Michela Maria Zammit, Kimberly Zammit
Ghandna bzonn id-distanza socjali?

Ma nafx minn fassal it-terminu tad-distanza socjali, pero jiena dan it-terminu ma jikkonvincinix u nimbotta biex jigi mibdul bit-terminu distanza fizika. Distanza Socjali hu terminu hazin, ghax f zminijiet bhal dawn, l-interazzjoni sociali issir aktar vitali, kwazi krucjali ghas-sahha mentali taghna.

Publication Date: 11/05/2020Author: Cecilia Attard Pirotta
L-impatt ta’ COVID-19 fuq id-Drittijiet tan-Nisa

Is-sena 2020 kellha tkun sena importanti ħafna għad-drittijiet tan-nisa u għall-ugwaljanza bejn is-sessi, bil-25 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Beijing u l-20 anniversarju tar-riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà. Fl-isfond tal-battalja globali kontra l-ispinta kontra d-drittijiet tan-nisa, il-pandemija tal-COVID 19 żiedet l-inugwaljanzi li kienu diġa’ jeżistu minn qabel u esponiet il-vulnerabilitajiet fis-sistemi soċjali, politiċi u ekonomiċi.

Publication Date: 04/05/2020Author: Maya Schembri
Politika Barranija Li Sservi

Matul l-istudji tiegħi fid-diplomazija f’Oxford, l-Ingilterra, fi tmiem is-snin tmenin, niftakar ċar, u b’ċertu sens ta’ nostalġija, il-kliem tal-Professur Antony Kirk-Greene, mill-Kulleġġ ta’ St. Antony, li bit-ton inimitabbli, imperjali tiegħu (huwa serva bħala Segretarju tal-Istat Ingliż għall-Kolonji bejn 1950-60), darba waħda, wara nofsinhar kiesaħ, iddikkjara hekk: ‘‘Tistgħu tibdlu l-mexxeja tagħkom, tistgħu tibdlu l-gvernijiet tagħkom, iżda qatt ma tistgħu tibdlu l-istorja, il-ġografija w l-ġirien tagħkom. Dawk tridu titgħallmu tgħixu magħhom.’

Publication Date: 27/04/2020Author: Ambaxxatur Dr. John Paul Grech, PhD
Il-bogħod imma maqgħudin ma’ Malta

Fir-Russja, bħal bqija tad-dinja, il-pandemija tal-COVID-19 ikkonfinat ħajjitna kompletament ġewwa fi djarna. Minkejja li mumenti bħal dawn mhumiex sbieħ, huma wkoll mumenti li joħorġu l-aħjar tal-umanità.

Publication Date: 16/04/2020Author: Pierre Clive Agius
Saret kompetizzjoni globali, krudili u bla rażan – Il-multilateraliżmu falla?

L-hekk imsejħa New Diplomacy, jew Id-Diplomazija l-Ġdida, li nħolqot permezz tal-organizzazjonijiet internazzjonali u l-konferenzi multilaterali, kif ukoll permezz tal-kuntatti diretti bejn il-mexxeja tal-pajjiżi; kienet maħsuba biex tissawwar pjattaforma ta’ operat ġdida bejn l-istati, kif ukoll bejn operaturi oħra fis-sistema dinjija. Meta l-multilateraliżmu beda jsir l-għodda ewlenija għall-immaniġġar ta’ din l-koperazzjoni internazzjonali ġdida, sar mezz globali biex naffaċċaw l-isfidi ġodda li bdew jevolvu u li ma jirrikonoxxu la fruntieri u lanqas preġudizzi.

Publication Date: 14/04/2020Author: Cecilia Attard Pirotta
Pubblikazzjonijiet skont is-Sena
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl