Ghandna bzonn id-distanza socjali?

Miktub Minn Cecilia Attard Pirotta, Data Mej 11, 2020
 

Ma nafx minn fassal it-terminu tad-distanza socjali, pero jiena dan it-terminu ma jikkonvincinix u nimbotta biex jigi mibdul bit-terminu distanza fizika Distanza Socjali hu terminu hazin, ghax f zminijiet bhal dawn, l-interazzjoni sociali issir aktar vitali, kwazi krucjali ghas-sahha mentali taghna.

Wiehed ma jistax jichad illi l-interazzjoni sociali qieghda fl-aqwa taghha - Zoom, Skype, Outlook Express, Microsoft Teams, WhatsApp, Face Time, Face Book, kollha ziedu fl-uzu taghhom hekk kif induru ghalihom sabiex nibghu f’kunkatt ma tal-familja u mal-hbieb, ghall-laqghat tax-xoghol, laqghat bejn l-hbieb,  kommemorazzjonijiet, sahansitra tigijiet, hekk kif nippruvaw niggranfaw ma dik il-hajja kif konnha nafhuha.

Hekk kif il-familji inqassmu f’units izghar, hekk kif nigu mgghehla f’isolazzjoni u f’seperazzjoni, u hekk kif nigu mahkuma mill-biza ta’ dak hi ma nafux, sistemi socjali saru aktar importanti li jinzammu u jissahhu.   Dorna ghas-support mill-komunita taghna, mill- Gvern Lokali u mill-Gvern Centrali;  rajna solidarjita  mit-toroq u mill-gallariji – hafna drabi sabiex nuru l-apprezzament taghna lejn dawk l-eroj li qghedin fuq il-fruntieri ta’ din il-glieda – imma dan kollu iservi ukoll sabiex jinzamm il-kuntatt socjali.

U ghal dawk li, bhali, jinsabu il-boghod mill-familja, il-kuntat sociali jassumi importanza ikbar, hekk kif insommu kuntatt mall-mahbudim taghna sa biex naccertaw li huma jinsabu tajba.

Bid-distanza fizika nsalvaw il-hajjiet tan-nies, bl-interazzjoni socjali nibqghu b’sahhitna mentalment wkoll.

U ejja nghidu grazzi lit-teknologija, ghaliex ghenitna nibqghu maghqudin ghalkemm il-boghod minn xulxin. Minghajrha, id-distanza fizika kienet tkun difficli hafna biex naccettawha.


c8b3c993-37d8-4f7d-b914-e609b0cf9f27.jpg