Il-bogħod imma maqgħudin ma’ Malta

Miktub Minn Pierre Clive Agius, Data Apr 16, 2020
 

Moska, 16 t’ April 2020 — Fir-Russja, bħal bqija tad-dinja, il-pandemija tal-COVID-19 ikkonfinat ħajjitna kompletament ġewwa fi djarna. Minkejja li mumenti bħal dawn mhumiex sbieħ, huma wkoll mumenti li joħorġu l-aħjar tal-umanità.

Il-Komunità Maltija fir-Russja qed issegwi mill-qrib l-iżvilluppi f’ Malta. Ridna nagħmlu xi ħaġa. Il-bogħod minn pajjiżhom u l-maħbubin tagħhom, fuq inizjattiva tal-Ambaxxata Maltija f’ Moska, il-Komunità Maltija ingħaqdet flimkien b’ mod elettroniku u minn djarhom irreċitaw l-innu nazzjonali ta’ Malta.

Dan il-filmat, bl-isem ta’ ‘Malta f’ ħsiebna’ huwa ddedikat b’ ammirazzjoni lill-Maltin li jaħdmu fis-settur tas-saħħa. Il-filmat jista’ jiġi aċċessat fuq YouTube fuq:

https://youtu.be/m7Mrd57RinQ​​