Is-Segretarju Parlamentari

L-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi
Membru tal-Parlament Malti

L-Onor. Stefan Zrinzo Azzopardi 
 

Stefan Zrinzo Azzopardi, raġel u missier ta’ żewġt itfal, gradwa mill-Università ta’ Malta bħala avukat, fl-1999, fejn huwa kien jipprattika b’mod partikolari il-liġi kummerċjali u ċivili. Stefan ilu involut fil-Partit Laburista mill-1996, ikkontribwixxa fid-dipartiment tal-midja tal-Partit, kif ukoll fuq livell lokali. Fl-2003, Stefan kien ġie elett bħala l-President tal-Partit Laburista, fl-età żgħira ta' 30 sena. F’din il-kariga kien involut f’diversi riformi fl-istruttura tal-Partit, speċjalment l-introduzzjoni ta' l-istatut il-ġdid fl-2008.

F’Mejju 2013 huwa nħatar bħala Chairman tal-Grand Harbour Regeneration Corporation u kellu din il-kariga sa Jannar 2020. Taħt l-għassa tiegħu, il-Korporazzjoni kienet responsabbli għat-tlestija tal-proġetti mfassla mill-Perit Renzo Piano, prinċipalment id-daħla tal-Belt Valletta u l-Parlament il-ġdid, u aktar tard Pjazza Kastilja. L-istess Korporazzjoni ssorveljat proġett ta' riġenerazzjoni ffinanzjat mill-UE fin-naħa t’isfel tal-Belt Valletta.

F'Ġunju 2017 Stefan ġie elett bħala Membru tal-Parlament, mill-5 Distrett Elettorali. Minn dakinhar huwa serva lill-President fil-Kumitat tal-Abbozzi ta' Kunsiderazzjoni Adjettiva u Membru sostitut fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej. Huwa jifforma wkoll parti mid-delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

Fil-15 ta' Jannar 2020, Stefan inħatar Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi tal-UE fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl