Taqsima Manigment tal-Informatika

Ir-rwol ewlieni tal-Uffiċċju tal-Immaniġjar tad-Data fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej hija li tiżgura lit-teknoloġija tal-informazzjoni hija konformi mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Ministeru.  F’dan ir-rigward, dan l-Uffiċċju jipprovdi appoġġ u parir lis-Segretarju Permanenti rigward kwistojonijiet li għandhom bzonn l-attenzjoni tal-ICT.  Dan l-Uffiċċju huwa mmexxija mill-Uffiċjal Ewlieni tal-Informatika, is-Sur Clinton Farrugia.


L-oġġettivi ewlenin tal-Uffiċċju tal-Immaniġjar tad-Data huma li:


Jipprepara l-pjanijiet strateġiċi u operattivi tal-ICT għall-Ministeru f'konformità mal-istrateġija nazzjonali tal-Gvern rigward ICT;

Jipprovdi appoġġ u pariri lis-Segretarju Permanenti rigward kwistjonijiet relatati mal-ICT;

Jipprovdi parir tekniku dwar l-akkwist u/jew il-kiri ta' tagħmir relatat mal-ICT;

Jikkoordina d-disinn u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ Informazzjoni;

Jipprepara il-baġit u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi tal-ICT.


Dan l-Uffiċċju japplika policies, standars u protokoli li huma mmirati biex jiżguraw lis-sistemi tal-IT huma kompatibbli.


Viżjoni: Il-promozzjoni tal-politika barranija Maltija permezz tal-użu effettiv tat-teknoloġija informattika.


Missjoni: Kburin li b'mod konsistenti nappoġġjaw lill-klijenti tagħna b’ istandards ta' prestazzjoni meħtieġ, filwaqt li nnaqqsu il-proċessi burokratiċi eċċessivi permezz tal-implimentazzjoni effettiva tat-teknoloġija.


Valuri: Aħna rregolati bil-valuri inerenti tas-Servizz Pubbliku.  Filwaqt li għan tagħhna huwa li naħdmu biex niksbu servizz ta’ eċċellenza, kontabilità u integrità.  Kif ukoll niżġuraw servizz inklużiv u ta’ livell lill-klijenti tagħhna, flimkien ma’ governanza tajba tal-fondi pubbliċi.

​​
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl
Indirizz
Parliamentary Secretary for EU Funds
33, House of Catalunya,
Marsamxett Road,
Valletta, VLT 1850
Malta

Telefown
+356 2295 7500

Imejl

Websajt