Direttorat Servizzi Korporattivi

Direttorat Servizzi Korporattivi

Direttur, Servizzi Korporattivi

Mr Tonio Briguglio
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej,
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta - VLT 1211
Tel: (+356) 2204 2265
Fax: (+356) 21 237 020
E-mail:  dcs.mfea@gov.mt


Assistent Direttur, Servizzi Korporattivi

--
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej,
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta - VLT 1211
Tel: (+356) 2204 0000
Fax: (+356) 21 237 020
E-mail: 


Direttorat tas-Servizzi Korporattivi

Id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi huwa responsabbli mill-amministrazzjoni, Riżorsi Umani, Finanzi u joffri funzjoni ta’ support ġenerali lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.


Riżorsi Umani u Support Services

Is-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani tmexxi l-funzjoni tar-riżorsi umani tal-Ministeru.  Din is-sezzjoni tieħu ħsieb toħroġ ittri tal-ħatra, tieħu ħsieb il-Performance Management Programme tal-uffiċjali u żżomm lista aġġornata tal-impjegati.  L-uffiċjali f’din is-sezzjoni huma mibgħuta korsijiet regolarment sabiex dawn iżommu ruħhom aġġornati mal-aħħar żviluppi fil-qasam.


Registry

Is-sezzjoni tar-Registry hija l-gwardjana tal-files tal-Ministeru.  Din hija wkoll maqsuma fi tnejn – Confidential Registry u Open Registry.  Il-Confidential Registry tieħu ħsieb files li mhumiex għal ċirkolazzjoni wiesgħa.  Dawn jinkludu files sigrieti.  Din ir-registry iżżomm ukoll ftehim/kuntratti iffirmati minn Malta matul is-snin.  L-uffiċjali li jaħdmu f’din is-sezzjoni jimmaniġġjaw ukoll korrispondenza sigrieta.  L-Open Registry tieħu ħsieb files ġenerali liema files jistgħu jiġu iċċirkolati mal-uffiċjali kollha tal-Ministeru.  Dawn ir-Registries jinsabu f’żewġ postijiet, ġewwa Palazzo Parisio u d-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi.  Ir-Registry ġewwa Palazzo Parisio hija maqsuma wkoll f’sezzjonijiet li jaqdu lill-Protocol, Relazzjonijiet Bilaterali u Affarijiet Multilaterali.


Finanzi

Is-Sezzjoni tal-Finanzi hija maqsuma kif ġej:

1.   Is-sezzjoni tal-Accounts tal-Head Office li timmaniġġja l-baġit tal-Head Office. 
 
2.   Is-sezzjoni tal-Missions Accounts hija responsabbli mill-awditjar tal-accounts tal-Ambaxxati.

3.   Is-Sezzjoni tax-Xiri hija responsabbli għat-tfassil u l-implementazzjoni ta’ proċessi ta’ xiri li jwasslu għall-ħolqien ta’ kuntratt għal xiri ta’ affarijiet, servizzi jew xogħolijiet hekk kif iddettat mill-Liġijiet Nazzjonali tax-Xiri kif ukoll hekk kif iddettat minn ċirkolarijiet oħra.  Dawn tal-aħħar jistgħu ikunu struzzjonijiet mid-Dipartiment tal-Kuntratti jew Dipartimenti oħra responsabbli mill-Green Public Procurement.  Il-proċess ta’ xiri jibda’ permezz ta’ talba bil-miktub għal xiri liema document jinkludi dettalji ta’ min qed jitlob dan ix-xiri, karatteristiċi tal-oġġett jew servizz jew xogħol, kif ukoll stima ta’ kemm se jiġi jiswa dan il-proġett.  It-taqsima tax-xiri tassigura li hemm il-fondi neċessarji għal dan il-proġett.  Ladarba jispiċċa dan il-proċess, jibda proċess ieħor ta’ xiri skont kif inhu meħtieġ abbażi tal-istima.  Dan il-proċess jinkludi ġbir ta’ stimi jew publikazzjoni ta’ offerti minn tender skont il-ħtieġa. 


Stores

Is-Sezzjoni tal-iStores tieħu ħsieb l-istokk li jintuża fil-ġranet ta’ kuljum fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.  Din is-sezzjoni timmaniġġja wkoll il-fuel tal-karozzi tal-Ministeru billi tissuplixxi vouchers għall-fuel, tikkordina wkoll il-manutenzjoni u t-tiswijiet tal-vetturi.  Din is-sezzjoni iżżomm ukoll stokk ta’ bnadar tal-pajjiżi kollha.  Dawn jintużaw l-iktar għal konferenzi, biex jiġu mtella’ f’postijiet madwar Malta meta xi dinjitarju minn barra minn Malta (ez President jew Prim Ministru) jżur lil pajjiżna.  Dawn il-bnadar jistgħu ukoll jiġu mikrija minn individwi jew organiżżazzjonijiet għal ħlas minimu.

Id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi jikkontrolla l-infieq tal-Ministeru kif ukoll jagħti suġġerimenti lid-direttorati tal-Ministeru.  Funzjoni important ta’ dan id-direttorat huwa li ta’ kull sena jfassal il-baġit meħtieġ.


Assistant Direttur, Riżorsi Umani u Support Services
 
--
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej,
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta - VLT 1211
Tel: (+356) 2204 2289
Fax: (+356) 21 237 020
E-mail: --


Sezzjoni tar-Riżorsi Umani u Support Services

Is-sezzjoni tar-Riżorsi Umani hija s-sezzjoni ċentrali fuq dak li għandu x’jaqsam ma riżorsi umani, kemm f’Malta kif ukoll għal dawk l-uffiċjali li jinsabu jaħdmu ġewwa l-ambaxxati ta’ Malta, u dan jinkludi il-proċess li ġej:-
 
1.  Tħejjija tal-abbozz ta’ sejħiet għall-applikazzjonijiet li ġew approvati fil-capacity building sabiex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fil-Ministeru u tittieħed l-azzjoni meħtieġa sakemm il-proċess jiġi ffinaliżżat meta jinħarġu l-appointments/kuntratti.
2.  Iż-żamma ta’ records dwar il-promozzjonijiet, progressions, estensjonijiet ta’ kuntratti u żidiet fis-salarju (increments) tal-uffiċjali kollha fil-Ministeru skont il-proċeduri kollha fil-Public Service Management Code (PSMC).
3.  L-ipproċessar tas-salarji inklużi l-aġġustamenti li jkunu meħtieġa.
4.  Iż-żamma ta’ records dwar Vacation Leave/Home Leave u Sick Leave tal-uffiċjali kollha tal-Ministeru.
5.  Iż-zamma ta’ records tal-uffiċjali kollha li jibbenefikaw minn miżuri favur il-familja sabiex jiġi aċċertat illi l-proċedura korretta qegħda tiġi mplementata speċjalment fejn jidħlu estensjonijiet jew twaqqif tal-benefiċċji. 
6.  Moniteraġġ ta’ moviment ta’ ħaddiema u ż-żamma ta’ database b’informazzjoni personali tal-uffiċjali kollha fil-Ministeru.  Din tiġi aġġornata regolarment kull xahar.
7.  Moniteraġġ ta’ kull reklutaġġ u estensjoni ta’ kuntratti tal-Locally Engaged Personnel.
8.  Servizz t’assistenza lill uffiċjali li jiġu posted barra minn Malta, f’dawk li huma arranġamenti loġistiċi skont il-Conditions of Service u follow-up neċessarji.
9.  L-Amministrazzjoni ta’ xogħol li għandu x’jaqsam ma’ miżuri ta’ dixxiplina skont l-istruzzjonijiet li jiġu mingħand il-kap tad-dipartiment u tittieħed azzjoni dixxiplinarja immedjata skont il-PSMC.
10. It-tqassim ta’ ċirkolarijiet maħruġa mill-PAHRO, Dipartimenti/ EEAS / SNE lill-uffiċjali li jaħdmu fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, kemm Malta, kif ukoll barra minn Malta u uffiċjali fuq unpaid leave.
11. Il-koordinazzjoni tar-Registries.
12. Sorveljanza tas-servizz ta’ support għall-istaff kollu inkluż il-minor staff.


Assistent Direttur, Immaniġjar Finanzjarju
 
--
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej,
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta - VLT 1211
Tel: (+356) 2204 2266
Fax: (+356) 21 237 020
E-mail: --

L-immaniġġjar finanzjarju jikkonsisti f’proċessi fejn:

1.  Jiġi ikkompilat stima tal-baġit finanzjarju għal dan il-Ministeru li jirrifletti in-nefqa rikurrenti, in-nefqa kapitali kif ukoll id-dħul minn dan il-Ministeru.
2.  Amministrazzjoni u moniteraġġ ta’ kif qed issir in-nefqa tal-baġit allokat.  Dan il-proċess isir b’konsultazzjoni u kooperazzjoni sħiħa mal-Ministeru għall-Finanzi sabiex jinstabu soluzzjonijiet jew jingħataw awtoriżżazzjonijiet meħtieġa skont il-każ.
3.  Jingħata parir finanzjarju fit-twettiq ta’ proġetti u programm ta’ ħidma ta’ dan il-Ministeru.
4.  Sorveljanza u twettieq tal-proċessi ta’ xiri.
5.  Moniteraġġ tal-aspetti finanzjarji kollha tal-Ambaxxati Maltin.

Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl
Indirizz
Parliamentary Secretary for EU Funds
33, House of Catalunya,
Marsamxett Road,
Valletta, VLT 1850
Malta

Telefown
+356 2295 7500

Imejl

Websajt