Consul-on-the-Move

Il-Programm tal-Consul-on-the-Move tnieda fil-5 ta’ Mejju 2016, bi qbil mal-Uffiċċju tal-Passaporti fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta, u huwa konformi mal-viżjoni tal-Gvern sabiex is-servizzi tiegħu ikunu eqreb lejn iċ-ċittadini. Il-Programm jipprovdi numru ta’ servizzi Konsulari (li huma normalment disponibbli fl-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin) f’lokalitajiet differenti.


Il-bżonn ta’ dan il-Programm inħass wara l-introduzzjoni tal-passaport bijometriku, li wassal sabiex l-applikanti Maltin li jgħixu barra jkollhom imorru fiżikamenti fl-eqreb Ambaxxata jew Konsulat sabiex titteħdilhom l-informazzjoni bijometrika. Dan ħoloq inkonvenjenza, speċjalment għal raġuni ta’ żieda fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkommodazzjoni.


Preżentament il-Programm qed jitħaddem fl-Awstralja, il-Kanada, l-iStati Uniti tal-Amerika, ir-Renju Unit, u New Zealand. Sadanittant is-servizzi Konsulari kollha mogħtija mill-Ambaxxati u l-Konsulati Maltin se jibqgħu jingħataw bħas-soltu.


Għal ċerti servizzi provduti, l-applikant irid iħallas tariffa amministrattiva addizzjonali.

Skont l-Avviż Legali 221 tal-2016, it-tariffa amministrattiva għal applikazzjonijiet għal passaporti hija ta’ €100 għal kull applikazzjoni, filwaqt li dik għal applikazzjonijiet għal ċittadinanza hija ta’ €50 għal kull applikazzjoni, minbarra l-ispejjeż relatati mas-servizz innifsu.


Fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19, iż-żjarat tal-programm Consul-on-the-Move li kienu skedati għas-sena 2020 ġew posposti għal dati oħra li jitħabbru aktar ‘il quddiem.
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl