Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jesprimi solidarjetà mat-Turkija u l-Greċja li ntlaqtu minn terremot qalil

Numru ta' Referenza: PR202141, Data ta' l-Istqarrija : Ott 30, 2020
 
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jesprimi solidarjetà mat-Turkija u l-Greċja li ntlaqtu minn terremot qalil li ħakem il-belt ta’ Iżmir fit-Turkija kif ukoll xi gżejjer Griegi fil-baħar Eġew. Il-Ministeru qiegħed isegwi l-aħħar żvilluppi li qed jiġru u jinsab f’kuntatt mal-awtoritajiet ikkonċernati. Permezz tal-uffiċjali tiegħu, il-Ministeru mill-ewwel fittex li jagħmel kuntatt mal-Maltin li jinsabu fir-reġjuni milquta. Sa issa jidher li ma kienx hemm Maltin feruti kawża ta’ dan it-terremot.

Il-Ministeru jirringrazzja lill-awtoritajiet ikkonċernati għar-rispons immedjat biex jipproteġu lil dawk kollha milquta. Kull min jeħtieġ l-għajnuna jista jagħmel kuntatt mal-Ministeru permezz tal-email sitcen@gov.mt jew fuq in-numri 21042200/ 21242191.​