Stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Numru ta' Referenza: PR200880, Data ta' l-Istqarrija : Mej 10, 2020
 
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jikkonferma r-riżenja tas-Sur Michael Zammit Tabona, li fl-aħħar sitt snin serva bħala Ambaxxatur (mhux residenti) ta’ Malta għal Finlandja.

Waqt li laqa’ din ir-reżenja b’mod immedjat, il-Ministru Evarist Bartolo saħaq li l-kumment tas-Sur Zammit Tabona fil-konfront tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel ma jirraprezentax il-ħbiberija u r-rispett reċiproku bejn Malta u l-Ġermanja.

Il-Ministru Bartolo jtenni l-impenn tal-Gvern Malti li jsaħħaħ ir-relazzjoni soda bejn iż-żewġ pajjiżi li tmur lura ħafna snin.​