Stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Numru ta' Referenza: PR211473, Data ta' l-Istqarrija : Aww 05, 2021
 
Malta hija mħassba ħafna bit-tensjoni dejjem tiżdied fir-reġjun tal-Golf. 

Malta temmen bis-sħiħ li bastimenti li joperaw b’mod paċifiku fl-ibħra internazzjonali m’għandhomx ikunu soġġetti għal attakki arbitrarji u li s-sikurezza u s-sigurtà tagħhom għandhom ikunu garantiti. Il-liġi internazzjonali għandha tkun rispettata.