Stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Numru ta' Referenza: PR211389, Data ta' l-Istqarrija : Lul 22, 2021
 
B’referenza għad-dikjarazzjoni maħruġa mir-Rappreżentant Għoli u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Josep Borell dwar is-sitwazzjoni f’Varosha, Malta tesprimi t-tħassib tagħha dwar kwalunkwe azzjoni unilaterali li tirrendi r-riżoluzzjonijiet tal-UNSC bla siwi u li ddgħajjef il-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-paċi, is-sigurtà u fuq kollox l-istabbiltà fir-reġjun Mediterranju kollu jibqgħu essenzjali u huma fl-interess strateġiku ta’ kulħadd għal aktar titjib tal-koperazzjoni u l-iskambji fil-livelli kollha.​