Stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Numru ta' Referenza: PR201204, Data ta' l-Istqarrija : Ġun 25, 2020
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu telefonata mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Alġerija Sabri Boukadoum fejn tkellmu dwar it-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi u kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi u fuq is-sitwazzjoni fil-Libja.
 
Il-ministri qablu li għandha tiltaqa’ l-Kummissjoni bejn Malta u l-Alġerija u li l-Alġerija ssaħħaħ ir-rappreżentanza diplomatika f’pajjiżna. 
 
Dwar il-Libja, iż-żewġ ministri qablu favur waqfien mill-ġlied u biex il-Libjani jitħallew mingħajr indħil barrani jaslu għal ftehim bejniethom biex jibnu futur ta’ progress soċjali u ekonomiku għalihom. ​