Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jorganizza laqgħa ta’ diskussjoni bejn delegazzjoni Libjana mmexxija minn Aguila Saleh u l-ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea residenti f’Malta

Numru ta' Referenza: 30102020, Data ta' l-Istqarrija : Ott 30, 2020
 
Illum kompliet iż-żjara uffiċċjali tad-delegazzjoni Libjana mmexxija mill-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Aguila Saleh, bil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jorganizza laqgħa ta’ diskussjoni bejn l-istess delegazzjoni u l-ambaxxaturi tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea residenti f’Malta. Matul din il-laqgħa, iż-żewġ naħat tkellmu dwar it-triq ‘il quddiem lejn Libja magħquda, għal Libjani u f’idejn il-Libjani.​

MFEA3010202001.jpeg