Il-Ministru Evarist Bartolo jirċievi l-Copie d’Usage mill-Kummissarju Għoli nominat tal-Commonwealth tal-Awstralja, mill-Kummissarju Għoli nominat tar-Repubblika tal-Możambik u mill-Ambaxxatur nominat tal-Ġappun

Numru ta' Referenza: PR201396, Data ta' l-Istqarrija : Lul 22, 2020
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo rċieva l-Copie d’Usage tal-ittri ta’ kredenzjali mingħand is-Sinjura Jennifer Cartmill, Kummissarju Għoli nominat tal-Commonwealth tal-Awstralja, mis-Sur Cesar Francisco de Gouveia Junior, Kummissarju Għoli nominat tar-Repubblika tal-Możambik u mis-Sur OE Hiroshi, Ambaxxatur nominat tal-Ġappun.

Huma mistennija jżuru lill-President ta' Malta biex jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom bħala Kummissarji Għolja u Ambaxxatur għar-Repubblika ta’ Malta fil-jiem li ġejjin.

PR201396a.jpg 
 PR201396b.jpg
 PR201396c.jpg