Minister Evarist Bartolo participates in the Dubrovnik Forum 'Together in a World Apart'

Minister Evarist Bartolo participates in the Dubrovnik Forum 'Together in a World Apart'

Numru ta' Referenza: 10072021, Data ta' l-Istqarrija : Lul 10, 2021
 
Il-Ministru għall- Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo ħa sehem fil-Forum ta’ Dubrovnik ‘Flimkien f’dinja mifruda’. Huwa qal li ninsabu fl-istess maltempata iżda f’dgħajjes differenti. Hemm min salva u ssaħħaħ u hemm min għereq. 

Huwa għamel referenza għal realtajiet li diversi pajjiżi qegħdin jaffaċjaw fejn qal li waqt il-pandemija ħames miljuni ohra saru miljunarji, iżda 41 miljun oħra qed jaffaċċjaw il-ġuh, b' 200 miljun persuna qed jitilfu x-xogħol tagħhom. 

"Matul il-pandemija disa pajjiżi nefqu 72 biljun dollaru fuq armi nukleari ġodda, imma m' għandniex żewg biljuni biex eluf ta’ trabi ma jmutux bil-malarja fl-Afrika u sitt biljuni biex miljuni ma jmutux bil-ġuh.”

Il-Ministru Bartolo saħaq li kien hemm pajjizi li ntlaqtu ħazin ħafna bil-Covid u sabu ħafna flus biex jixtru l-armi imma ma għandhomx flus biex jonfqu fuq is-saħħa u t-tilqim biex isalvaw lin-nies tagħhom mill-Covid.

Il-Ministru Bartolo ikkonkluda id-diskors tiegħu billi saħaq li hemm bżonn nitgħallmu ngħixu flimkien u d-differenzi ta’ bejnietna ma nħalluhomx idawruna f’għedewwa kontra xulxin. 

“Jekk se nibqgħu ninfirdu fi blokok kontra xulxin mhux se nsolvu l-isfidi kbar tal-lum u għada tad-dinja ċkejkna tagħna.”​

Minister Evarist Bartolo discussing with his panel at the Dubrovnik Forum 
Minister Evarist Bartolo addressing he Dubrovnik Forum 
Minister Evarist Bartolo during the Dubrovnik Forum