Il-Ministru Evarist Bartolo f’laqgħa mad-Direttur tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u l-Koordinatur għall-Mediterran Laurence Hart

Numru ta' Referenza: PR201363, Data ta' l-Istqarrija : Lul 17, 2020
 
Waqt laqgħa mad-Direttur tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u l-Koordinatur għall-Mediterran Laurence Hart, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo iddeskriva l-migrazzjoni irregolari bħala sfida kumplessa li jeħtieġ tiġi indirizzata bi pjan komprensiv li l-ewwel u qabel kollox jiffoka fuq il-ħolqien ta’ ekonomiji reżiljenti fil-pajjiżi Afrikani.

Huwa saħaq li pajjiżi żviluppati m’għandhomx jippridkaw, iżda jisimgħu u jaħdmu id f’id mal-pajjiżi Afrikani u jsostnu l-isforzi tagħhom biex joffru futur diċenti għaċ-ċittadini tagħhom. Dan mhux biss jimmitiga l-isfida tal-migrazzjoni irregolari, iżda jkun ta’ benefiċċju għall-istess pajjiżi li għandhom bżonn liċ-ċittadini tagħhom jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku, u allura t-titjib tal-livell tal-għixien tagħhom.

F’dan il-kuntest, iż-żewġ naħat qablu fuq il-potenzjal ta’ aktar koperazzjoni bejniethom, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-fora internazzjonali.

pr201363a.jpg 
 pr201363b.jpeg