Il-Ministru Evarist Bartolo jikkundanna u jesprimi tħassib dwar l-attentat ta’ qtil fuq il-Ministru għall-Intern tal-gvern appoġġat min-NU, Fathi Bashagha

Numru ta' Referenza: PR210373, Data ta' l-Istqarrija : Fra 22, 2021
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo jingħaqad mal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għal-Libja, Jan Kubis, biex jikkundanna u jesprimi tħassib dwar l-attentat ta’ qtil fuq il-Ministru għall-Intern tal-gvern appoġġat min-NU, Fathi Bashagha, fil-belt kapitali ta’ Tripli.

Malta tappella wkoll għal investigazzjoni sħiħa u trasparenti dwar dan l-att vjolenti li jhedded il-proċess politiku li għaddej bħalissa u l-għajxien paċifiku tal-Libjani kollha, li ilhom isofru wisq.

Il-Ministru Bartolo tenna l-appell tiegħu lill-partijiet kollha biex jimpenjaw ruħhom għall-proċess politiku mmexxi min-NU u biex jingħaqdu fil-bini ta’ Libja sigura f’idejn il-Libjani li toffri prosperità għall-ġid tal-Libjani kollha.​