Djalogu dwar il-migrazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit

Numru ta' Referenza: PR201437, Data ta' l-Istqarrija : Lul 27, 2020
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo nieda djalogu dwar il-migrazzjoni bejn Malta u r-Renju Unit, flimkien mas-Segretarju Parlamentari tal-Istat tar-Renju Unit is-Sinjura Wendy Morton MP. Preżenti wkoll kien hemm il-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit għal Malta Stuart William Gill, u uffiċjali mill-Gvern Malti u mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. 

Il-Ministru Bartolo ddeskriva t-tnedija ta’ dan id-djalogu bħala riżultat tar-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi u r-rieda kontinwa li jiffaċċjaw sfidi komuni spalla ma’ spalla. 

Minbarra t-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni rregolari, id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq sforzi konġunti biex itaffu l-instabilità fil-Libja, il-ġlieda biex jinkiser il-mudell tan-negozju tat-traffikar u l-kuntrabandu tal-bnedmin, u l-ħtieġa għal aktar impenn mal-Afrika Sub-Saħarjana..

pr201437a.jpg 
 pr201437b.jpg