Malta tilqa’ l-eżitu tal-41 Summit tal-GCC

Malta tilqa’ l-eżitu tal-41 Summit tal-GCC

Numru ta' Referenza: PR210021, Data ta' l-Istqarrija : Jan 06, 2021
 
Ir-Repubblika ta’ Malta tilqa’ l-iffirmar tad-Dikjarazzjoni ta’ Al Ula u l-firma tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fuq l-Istqarrija ta’ Al-Ula, fil-41 Summit tal-Kunsill ta’ Koperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf li sar fil-5 ta’ Jannar 2021.

Filwaqt li tilqa’ tali żviluppi; fid-dawl tal-potenzjal tagħhom biex isaħħu l-istabbiltà reġjonali u l-koperazzjoni fost l-istati membri tal-Kunsill tal-Koperazzjoni tal-Golf f’diversi oqsma; ir-Repubblika ta’ Malta tfaħħar l-irwol medjatorju kontinwu li jaqdi f’dan il-kuntest l-Istat tal-Kuwajt kif ukoll l-isforzi magħmula mill-Istati Uniti tal-Amerika.

F’dan l-ispirtu, Malta tħares ’il quddiem lejn it-tisħiħ tas-sħubija tagħha mar-reġjun li tmur lura snin, inkluż permezz tal-Unjoni Ewropea, sabiex tkompli tavvanza l-paċi, it-tolleranza u l-ftehim.