Malta tirratifika l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali Taħt l-Ilma

Malta tirratifika l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali Taħt l-Ilma

Numru ta' Referenza: PR210663, Data ta' l-Istqarrija : Apr 09, 2021
 
F’isem ir-Repubblika ta’ Malta, l-ewwel Segretarju fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi, is-Sur Robert John Micallef, iddepożita l-istrument ta’ ratifika fuq il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali ta’ Taħt l-Ilma, fil-Kwartieri Ġenerali tal-UNESCO f’Pariġi. Dan wara r-ratifikazzjoni uffiċjali tal-5 ta’ Marzu 2021, iffirmata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo.

Il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali ta’ Taħt l-Ilma hija maħsuba biex tippermetti lill-istati jipproteġu aħjar il-wirt kulturali tagħhom li jinsab taħt l-ilma, prinċipalment permezz ta’: (i) l-obbligu tagħhom li jippreservaw il-wirt kulturali ta’ taħt l-ilma, (ii) il-preservazzjoni ‘in situ’ bħala l-ewwel prijorità, (iii) l-ebda sfruttament kummerċjali, u, (iv) taħriġ u skambju ta’ informazzjoni.

pr210663a.jpg