Tinfetaħ l-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun

Numru ta' Referenza: PR201851, Data ta' l-Istqarrija : Set 29, 2020
 
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej bi pjaċir jinforma li l-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun uffiċjalment fetħet il-bibien tagħha fit-28 ta’ Settembru 2020. Malta u l-Ġappun ilhom igawdu minn rabtiet bilaterali eċċellenti sa mit-twaqqif ta’ relazzjonijiet diplomatiċi fil-15 ta’  Lulju 1965. Permezz ta’ intensifikazzjoni fil-kuntatt bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi matul l-aħħar ftit snin, ittieħdet id-deċizjoni li tinfetaħ ambaxxata f’Tokyo. Din id-deċiżjoni tħabbret għall-ewwel darba f’Novembru 2018. Huwa sinjal ta’ suċċess li l-ftuħ ta’ din l-ambaxxata ħabat mal-55 anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi, u indikazzjoni ċara li Malta tħares lejn il-Ġappun bħala sieħeb importanti, kif ukoll mexxej notevoli fl-affarijiet dinjija. L-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun hija preseduta mill-Ambaxxatur Andre Spiteri.

 L-Ambaxxata ta’ Malta hija ospitata fil-bini ta' dan ir-ritratt. 
 L-Ambaxxata ta’ Malta hija ospitata fil-bini ta' dan ir-ritratt.