Malta tinnota r-riżultat tal-elezzjoni għall-gvern transitorju tal-Libja u tawgura l-isbaħ xewqat għal Libja magħquda u paċifika

Numru ta' Referenza: PR210265, Data ta' l-Istqarrija : Fra 05, 2021
 
Malta tinnota r-riżultat tal-elezzjoni għall-gvern transitorju tal-Libja u tawgura l-isbaħ xewqat għal Libja magħquda u paċifika, immexxija mil-Libjani għall-ġid komuni u l-prosperità tal-Libjani kollha.  

Malta tħares ‘il quddiem li tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi, u li taħdem id f’id mal-Libja għall-benefiċċju reċiproku tal-Libja u ta’ Malta.