Malta u l-Emirati Għarab Magħquda jiffirmaw Memorandum ta’ Ftehim għar-Rikonoxximent Reċiproku tal-Liċenzji tas-Sewqan

Numru ta' Referenza: PR202111, Data ta' l-Istqarrija : Ott 28, 2020
 
Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, u Sheikh Said Bin Zayed Al Nahyan ikkonkludew u ffirmaw il-Memorandum ta’ Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Liċenzji tas-Sewqan, li se jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Novembru 2020.
 
Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, ċittadini Maltin b’residenza valida fl-Emirati Għarab Magħquda u l-istess ċittadini tal-Emirati residenti f’Malta jistgħu jżuru l-awtorità li toħroġ il-liċenzja tas-sewqan fiż-żona ta’ residenza rispettiva tagħhom u jkollhom il-liċenzja tas-sewqan skambjata għal waħda lokali.
 
Dan il-Memorandum ta’ Ftehim ser jibqa’ validu għal perjodu indefinit.
 
Id-dettalji kollha tal-Memorandum ta’ Ftehim se jkunu aċċessibli fuq dan il-link​.