Il-pożizzjoni ta’ Malta dwar is-Saħara tal-Punent tibqa’ l-istess: favur soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli li tipprovdi għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, skont il-liġi internazzjonali. F’dan ir-rigward, Malta tkompli tappoġġa l-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda.