Delegazzjoni Libjana mmexxija mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Aguila Saleh ġejja Malta

Numru ta' Referenza: PR202102, Data ta' l-Istqarrija : Ott 28, 2020
 
Delegazzjoni Libjana mmexxija mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Aguila Saleh ġejja Malta nhar il-Ħamis, 29 t’Ottubru 2020 għal taħditiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo.
 
It-taħditiet se jitrattaw il-proċess politiku fil-Libja u d-djalogu bejn il-Libjani. Bħala pajjiż ġar u ħabib, Malta hija kommessa għas-sovranità, l-indipendenza, l-integrità territorjali u l-għaqda nazzjonali tal-Libja.
 
Malta tappoġġja l-isforzi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Konferenza ta’ Berlin lejn proċess politiku inklussiv immexxi mil-Libjani u għal-Libjani, wara waqfien mill-ġlied dejjiemi u l-azzjoni politika u ekonomika meħtieġa biex il-Libja tibda tinbena mill-ġdid għall-benefiċċju tal-poplu Libjan.​