Il-gvern isellem il-memorja tal-Gran Mastru tal-Ordni Sovran ta’ Malta

Numru ta' Referenza: PR200775, Data ta' l-Istqarrija : Apr 29, 2020
 
Fra Giacomo Dalla Torre di Sanuinetto, li għal dawn l-aħħar snin serva bħala l-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta, miet fl-għomor ta’ 75 sena.

Huwa kien it-80 Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta li hija magħrufa internazzjonalment għall-missjoni kbira umanitarja li twettaq f’bosta żoni mifnija minn gwerer. L-Ordni Sovrana ta’ Malta għandha rabta intrinsika ma’ pajjiżna bil-wasla tagħhom f’Malta fl-1530. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo esprima l-kondoljanzi tal-Gvern Malti lill-Ordni Sovran ta’ Malta.