Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri bi żjara fi Tripli

Numru ta' Referenza: 16112020, Data ta' l-Istqarrija : Nov 17, 2020
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri żaru Tripli għal laqgħat mal-President Fayez el-Sarraj u l-Ministri Mohammed Siyala, Fathy Bashaga u Salahedin Namroush, kif ukoll ma’ personalitajiet oħra politiċi u mill-qasam tas-sigurtà.

Fi Tripli, il-ministri Maltin iddiskutew kif ser jissaħħu r-rabtiet ta’ koperazzjoni fl-oqsma kummerċjali, soċjali u ta’ sigurtà.  

Huma wasslu wkoll il-messaġġ favur il-paċi u l-istabbiltà fil-Libja magħquda f’idejn il-Libjani u mmexxija għall-ġid tal-Libjani kollha.

Il-Ministru Evarist Bartolo u l-Ministru Byron Camilleri mal-President Fayez el-Sarraj u l-Ministru Mohammed Siyala.