Il-Ministru Evarist Bartolo kellu telefonata mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk Nasser Bourita

Numru ta' Referenza: PR201532, Data ta' l-Istqarrija : Aww 11, 2020
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu telefonata mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Marokk Nasser Bourita.

Huma tkellmu dwar kif se jsaħħu r-rabtiet politiċi u kummerċjali tajbin bejn iż-żewġ pajjiżi.

Huma ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Libja u l-impenn tagħhom favur li jieqaf il-ġlied u li l-Libja tingħaqad u timxi ’l quddiem għall-ġid tal-Libjani.

Il-Ministri Bartolo u Bourita qablu li l-gwerra hija aktar faċli mit-triq tal-ftehim u tal-paċi, imma huma b’dawn li l-Libja terġa’ tieħu r-ruħ u tibda tiżviluppa mill-ġdid u tuża l-ġid kbir li għandha.

Huma qablu li, bħala żewġ pajjiżi li mhumiex imdaħħla fil-ġlied u li jixtiequ ġid lil-Libjani, jistgħu jagħtu sehemhom għall-ftehim, il-paċi u l-progress fil-Libja.

Il-Ministri tkellmu wkoll fuq il-Lvant tal-Mediterran u t-tensjoni li teżisti bejn it-Turkija, il-Greċja, Ċipru u l-Eġittu, u awguraw li jsibu mod kif jinnegozjaw ftehim għall-ġid ta’ kulħadd flok tiżdied il-konfrontazzjoni li tagħmel ħsara lil kulħadd.