Il-Ministru Evarist Bartolo b'taħditiet mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija

Numru ta' Referenza: 06082020, Data ta' l-Istqarrija : Aww 06, 2020
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu taħditiet mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Josep Borrell Fontelles, u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija, Mevlüt Çavuşoğlu.
 
It-taħditiet iffukaw fuq is-sitwazzjoni fil-Mediterran, b’Malta tkompli tisħaq li l-paċi u l-istabbiltà fil-Mediterran huma kruċjali għall-paċi u l-istabbilità fil-bqija tal-Ewropa.

MFEA0608202001.jpg