Wara r-riżultat tar-referendum dwar il-ħruġ
mill-Unjoni Ewropea fl-2016, ir-Renju Unit ħareġ uffiċjalment mill-Unjoni
Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020 wara li ż-żewġ partijiet kkonkludew l-ftehim
tat-tluq. Dan il-ftehim ippermetta li jkun hemm tluq b’mod ordnat, permezz ta’ kapitli
fuq drittijiet taċ-ċittadini, saldu finanzjarju, kwistjonijiet marbuta
mas-seperazzjoni u l-protokoll dwar l-Irlanda ta’ fuq.
Il-ftehim
tat-tluq inkluda fih ukoll perjodu tranżitorju li ta ċ-ċans lill-gvernijiet,
lill-intrapriżi u liċ-ċittadini sabiex jippreparaw għat-tibdil li kien mistenni
mill-1 ta’ Jannar 2021. Matul il-ħdax (11) -il xahar tal-perjodu tranżitorj,
għalkemm formalment ir-Renju
Unit ma kienx għadu Stat Membru, xorta waħda kien għadu marbut bil-liġijiet tal-Unjoni
Ewropea. Dan il-perjodu tranżitorju serva wkoll sabiex iż-żewġ partijiet
jinnegozjaw it-termini li ser jiddettaw ir-relazzjoni futura ta’ bejniethom. F’dan
ir-rigward, fl-24 ta’ Dicembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju Unit
qablu fil-prinċipju fuq:
- Ftehim
dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;
- Ftehim
dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni
klassifikata; u
- Ftehim
għall-kooperazzjoni dwar l-użi sikuri u paċifiċi tal-enerġija nukleari.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok agħfas hawn.