Malta Travel Point

 Malta Travel Point icon 

L-Applikazzjoni tal-mowbajl Malta Travel Point hija mfassla biex tindirizza kwistjonijiet relatati mal-ivvjaġġar minn nies residenti f’Malta. L-Applikazzjoni għandha l-għan li tressaq is-servizzi Konsulari offruti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej​ u l-Missjonijiet tagħha eqreb lejn il-pubbliku. 

L-Applikazzjoni għandha 6 taqsimiet. L-informazzjoni għall-vjaġġaturi hija pprovduta kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.

  1. It-taqsima dwar il-Pariri dwar Vjaġġar tipprovdi informazzjoni utli dwar kwalunkwe prekawzjoni li għandha tittieħed qabel ma wieħed jiddeċiedi li jżur pajjiż partikolari. L-informazzjoni tinkludi tagħrif dwar is-sitwazzjonijiet politiċi u ta’ sigurtà, kif ukoll pariri dwar tilqim jew kundizzjonijiet ta’ saħħa li wieħed għandu jagħti każ qabel ma jivvjaġġa. L-informazzjoni f'din it-taqsima hija aġġornata kull meta jkun meħtieġ. Bil-għan li l-klijenti jkunu aġġornati b’kulma jkun qed iseħħ fil-pajjiż partikolari, wieħed jista’ jirreġstra l-interess tiegħu/tagħha biex ikun jista’ jirċievi avviżi regolari (fuq l-app dirett jew permezz tal-emejl). In-notifiki jintbagħtu kulmeta jsiru xi emendi fuq il-pariri dwar vjaġġar.

    Din it-taqsima fiha wkoll Checklist maħsuba biex tgħin lill-vjaġġaturi fuq x’għandhom jagħmlu qabel ma jiddeċiedu li jsiefru. Dawn il-pariri huma punt ta’ tluq effikaċi biex kulmin jivvjaġġa jevita problemi meta jkun barra mill-pajjiż.

  2. It-taqsima dwar ir-Rapprezentanzi Maltin tikkonsisti f’lista’ ta’ Ambaxxati, Kummissjonijiet Għolja, il-Konsolati Ġenerali u Konsolati Onorarji li Malta għandha barra mill-pajjiż. Meta tagħfas fuq il-pajjiż tal-għażla tiegħek, titla’ mappa li tindika l-post tal-Missjoni jew il-Konsolat, flimkien man-numri tat-telefown u l-indirizz el​ettroniku. Tista’ tagħfas fuq il-linji tat-telefown ta' emerġenza direttament biex titlob għall-għajnuna f'każ ta 'emerġenza.

  3. It-tielet taqsima tikkonsisti f’Informazzjoni Utli, li tipprovdi linji gwida lil vjaġġaturi dwar x'għandu jsir f’każ ta' incident jew mard; arrest jew detenzjoni; mewt; diffikultajiet finanzjarji; teħid ta’ ostaġġi jew ħtif; telf jew serq ta’ flus/karti ta' kreditu; telf jew serq tal-passaport; qraba nieqsa; kriżi serja/emerġenza, u vittmi ta’ kriminalità serja barra mill-pajjiż.

  4. It-Taqsima Servizzi tal-Emerġenza tidentifika l-eqreb għassa tal-pulizija permezz tal-ġeo-lokalizzazzjoni, tal-post fejn tkun qed iżżur.

  5. Permezz tal-Programm tal-Vjaġġ, issa tista’ tirreġistra l-itinerarji tal-vjaġġi kollha tiegħek. L-utenti huma mħeġġa sabiex jirreġistraw il-pjanijiet tagħhom tal-ivvjaġġar fuq l-App sabiex jiżguraw li jkun hemm assistenza aħjar f’każ ta’ kriżijiet kbar jew emerġenzi barra minn Malta.

  6. Permezz tan-Notifiki, issa huwa wkoll possibbli li toħloq sistema ta’ twissija għall-pajjiżi li jinteressawk. B’din is-sistema, tirċievi notifika kull meta jkun hemm xi aġġornament fil-Pariri tal-Ivvjaġġar dwar il-pajjiżi li għalihom tkun irreġistrajt.


App Store Play Store

Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl
Indirizz
Parliamentary Secretary for EU Funds
33, House of Catalunya,
Marsamxett Road,
Valletta, VLT 1850
Malta

Telefown
+356 2295 7500

Imejl

Websajt