Maltin li jgħixu Barra

Missjoni

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jara’ li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet u l-interessi tal-Maltin li jgħixu barra minn Malta.

Aħna qegħdin nagħmlu l-almu tagħna sabiex intejbu l-konnettività permezz ta interazzjonijiet attivi kif ukoll nippromwovu l-identità, il-kultura u l-wirt Malti, inkluż il-lingwa Maltija bħala punti tal-opulenza Maltija fid-dinja.

Aħna qegħdin nagħmlu l-almu tagħna biex inkomplu nibnu permezz tan-netwerks tal-Maltin li jgħixu barra l-pajjiż, bil-għan li nesploraw negozju u forom oħra ta kollaborazzjoni fil-qafas ta benefiċċju reċiproku u fl-interessi komuni ta Malta.

Irridu infittxu nimpenjaw ruħna aktar mal-Maltin ta’ barra mferrxa madwar id-dinja permezz tal-programm Consul-on-the-Move li għandu l-għan li jġib is-servizzi tal-gvern aktar viċin in-nies.



Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta

Telefown
2124 2191

Fax
2123 6604

Imejl