L-Uffiċċju Rappreżentattiv ta’ Malta fil-Palestina jikkollabora ma’ ċittadina Maltija biex torganizza festin tal-Għid Al Fitr għal tfal Gazani

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 25, 2020
 
Nhar il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2020, l-Uffiċċju Rappreżentattiv tar-Repubblika ta’ Malta f’ Ramallaħ, il-Palestina ikkollabora ma’ ċittadina Maltija, is-Sa Sanaa El-Nahhal, li bħalissa tinsab f’ Ġaża, sabiex jiġi organizzat festin li jiċċelebra l-festa qaddisa Musulmana tal-Għid al Fitr, liema festa timmarka t-tmiem tax-xahar qaddis tar-Ramadan. 

Ir-Rappreżentant ta’ Malta, is-Sur Reuben Gauci, ingħaqad ma’ dan l-avveniment permezz ta’ kollegament fuq facebook-messenger mir-residenza tiegħu fil-Lvant ta’ Ġerusalemm. Ir-Rappreżentant irringrazzja lis-Sa El Nahhal talli estendiet l-ospitalita’ Maltija f’ Gaża ( liema ospitalita’ tixbah ħafna lil dik Palestinjana), matul dawn iż-żminijiet diffiċli tal-COVID19, u awguralha fil-ħidma tagħha. 

100060969_10214160316437011_6434462377843884032_o.jpg 
 
99425289_10214160549162829_9029621423567536128_o.jpg