Malta tagħmel donazzjoni ta’ provvista medika lill-Palestina bħala għajnuna fil-ġlieda kontra l-COVID19

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Aww 05, 2020
 

Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Lulju 2020, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Palestina, l-E.T. Dott Riyad Malki, irċieva provvista medika bħala għajnuna fil-ġlieda kontra l-COVID19, liema provvista kienet mibgħuta minn Malta lil Palestina bħala att ta’ ħbiberija kbira u fraternita’ bejn il-Gvern u l-Poplu ta’ Malta u l-Gvern u l-Poplu tal-Palestina. 

Waqt riċeviment żgħir li sar ġewwa il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Palestina, li jinsab f’ Ramallaħ, ir-Rappreżentant tar-Repubblika ta’ Malta għall-Palestina, is-Sur Reuben Gauci wassal ix-xewqat tajba mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej ta’ Malta, l-Onor Evarist Bartolo, kif ukoll l-isbaħ xewqat tal-poplu Malti. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Palestinjan irreċiproka b’ ħajr dawn ix-xewqat f’ ismu u f’ isem il-poplu Palestinjan.

Din il-provvista medika li kkonsistiet f’ Ilbies Prottettiv Anti-Baterjali, Maskri tal-Wiċċ Disponibbli, kif ukoll Visors, sa tiġi mgħoddija lill- Ministeru tas-Saħħa Palestinjan għall-użu mis-soċjeta’ Palestinjana.


IMG-20200729-WA0005.jpg

IMG-20200729-WA0006.jpg

IMG-20200729-WA0007.jpg

IMG-20200729-WA0009.jpg