Fit-13
ta’ Jannar, Malta pparteċipat fid-dibattitu miftuħ tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet
Uniti intitolat ‘Il-Ħarsien
tal-Karta
tan-Nazzjonijiet Uniti biex tinzamm
il-Paċi u s-Sigurtà Internazzjonali’. Dan id-dibattitu ġie organizzat mir-Repubblika Soċjalista
tal-Vjetnam fil-kapaċità tagħha bħala President tal-Kunsill tas-Sigurtà.
Fi
stqarrija mogħtija mill-E.T.
Vanessa Frazier, Ambaxxatriċi u Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti, Malta
enfasizzat l-importanza u r-rilevanza tal-Karta tan-NU fid-dinja kontemporanja,
peress li tipprovdi qafas
ta’ sikurezza komuni
għar-relazzjonijiet bejn l-istati fit-tfittxija tal-paċi u s-sigurtà. Malta
tenniet l-appoġġ qawwi tagħha għas-sistema multilaterali, u d-determinazzjoni
tagħha li tkompli taħdem favur it-tisħiħ tagħha.
Malta kkonkludiet billi
ddikjarat li l-kwistjonijiet globali jirrikjedu soluzzjonijiet globali, u li
l-komunità internazzjonali teħtieġ tagħti ħajja ġdida u tiffoka mill-ġdid
l-isforzi tagħha biex tikseb soluzzjonijiet dejjiema permezz
tal-multilateraliżmu, li jibqa l-aħjar mod biex javvanza l-interessi personali u kollettivi.
