Il-Ministru Evarist Bartolo jappella għal sforz globaliikbar biex jintlaħqu l-Miri ta’ Żvilupp Sostenibbli sal-2030 waqt il-Forum Politiku ta' Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 17, 2020
 
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, l-Onor. Evarist Bartolo, illum indirizza l-Forum Politiku ta’ Livell Għoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli taħt il-patroċinju tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti.

Għall-ewwel darba mill-2015, il-Forum laqqa’ l-193 pajjiż membru tan-Nazzjonijiet Uniti b’mod virtwali sabiex inaqqas l-imxija tal-COVID-19, u mhux fi New York kif iseħħ normalment. Il-Forum jiltaqa’ kull sena fuq medda ta’ġimagħtejn biex jitqies il-progress tal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli skont l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u jagħlaq b’sezzjonijiet Ministerjali u ta’ Livell Għoli fl-aħħar tlett ijiem.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Bartolo appella għal soluzzjonijiet globali permezz ta’ multilateraliżmu effettiv u l-ordni internazzjonali.

Fl-isfond tal-pandemija globali, il-Ministru Bartolo għamel enfasi fuq il-ħtieġa li, aktar minn qatt qabel, l-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom isaħħu l-isforzi bejniethom lejn il-kisba tal-miri tal-iżvilupp. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-Aġenda 2030 għandha tipprepara lid-dinja ferm aħjar għal eventwalitajiet li jistgħu jinqalgħu fil-futur billi jinbnew soċjetajiet u ekonomiji aktar reżiljenti minn issa.

Il-Ministru tenna d-diskors tiegħu billi fakkar kemm l-unita’issaħħaħna għall-futur.