Albert Friggieri akkreditat bħala Ambaxxatur mhux residenti għal-Liechtenstein

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 06, 2020
 
Dr. Albert Friggieri kien akkreditat bhala l-ambaxxatur mhux residenti ta‘ Malta ghall-Principat ta‘ Liechtenstein fid-29 ta’ Ottubru 2020. Minhabba r-restrizzjonijiet kawza tal-COVID-19, ic-cerimonja tal-prezentazzjoni tal-kredenzjali lill-Altezza Serena Tieghu il-Prinep Ereditarju Alois von und zu Liechtenstein ma setghetx issir kif ippjanata. Il-kredenzjali ta’ l-Ambaxxatur intbaghtu qabel u, minflok il-prezentazzjoni, fil-gurnata skedata ghac-cerimonja saret telefonata bejn il-Princep Alois u Dr. Figgieri.

Waqt konverzazzjoni ta’ nofs siegha, il-Princep Alois u l-Ambaxxatur Friggieri tkellmu dwar is-setturi li jiffurmaw l-ekonomiji ta’ Liechtenstein u ta’ Malta rispettivament. Huma skambjaw informazzjoni fuq l-impatt tal-COVID-19 fuq is-setturi varji u kif iz-zewg gvernijiet qed jikkumbattu l-krizi kkagunata mill-pandemija. Il-Princep esprima t-tama li r-relazzjonijiet bejn Malta u Liechtenstein ikomplu jikbru u jissahhu ghall-beneficcju tal-popli taz-zewg pajjizi. Qal ukoll li jittama li jkun jista jaghti merhba lill-Ambaxxatur f’Liechtenstein malli r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaggar jonqsu.

Dr. Friggieri tkellem bit-telefon ukoll mal-ministru tal-affarijiet barranin ta’ Liechtenstein, Dr. Katrin Eggenberger. Il-Ministru esprimiet id-dispjaċir tagħha li l-Ambaxxatur ma setax ikun preżenti personalment f’Liechtenstein f’gurnata hekk importanti. Il-Ministru u l-Ambaxxatur qablu li r-relazzjonijiet bilaterali attwali, li huma tajbin ħafna, jistgħu jitwessgħu u jissahhu. Il-potenzjal ta’ kollaborazzjoni kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi, il-kandidatura ta‘ Malta ghal siggu mhux permanenti fil-kunsill  tas-sigurta‘ tal-Gnus Maghquda kif ukoll l-effetti tal-COVID 19 fuq is-socjeta’ kienu fost is-suggetti diskussi. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr. Eggenberger u l-Ambaxxatur Friggieri qablu li t-tahdidiet biex jissahhu r-relazzjonijiet ghandhom isiru hekk kif l-Ambaxxatur ikun jista jzur Liechtenstein.