Preżentazzjoni tal-ittra tal-kredenzjali tal-E.T. Marisa Farrugia, l-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta, lill-E.T. Andrzej Duda, President tar-Repubblika tal-Polonja

Preżentazzjoni tal-ittra tal-kredenzjali tal-E.T. Marisa Farrugia, l-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta, lill-E.T. Andrzej Duda, President tar-Repubblika tal-Polonja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Nov 02, 2021
 
Dottor Marisa Farrugia preżentat l-ittra tal-kredenzjali tagħha bħala Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju tar-Repubblika ta’ Malta lill-President tar-Repubblika tal-Polonja, l-E.T. Andrzej Duda fil-Palazz tal-Belvedere fil-25 ta’ Ottubru 2021.

Matul il-laqgħa tagħha mal-E.T. il-President, l-Eċċellenza Tagħha Dottor Farrugia fakkret ir-relazzjoni eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll ix-xewqa reċiproka li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali f’diversi oqsma eżistenti permezz ta’ djalogu u żjarat. Matul il-laqgħa, issemma l-50 anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi.

Wara ċ-ċerimonja fil-Palazz tal-Belvedere, l-Ambaxxatur Farrugia poġġiet kuruna tal-fjuri u tat tislima lis-suldati li tilfu ħajjithom matul iż-żewġ gwerer dinjija f’ċerimonja simbolika fuq il-Monument tal-Qabar tas-Suldat mhux magħruf, li jinsab fi Pjazza Marshall Jozef Pilsudski.

L-Ambaxxatur Farrugia kienet akkumpanjata minn membri tal-familja tagħha u mis-Sur Shaun Chircop, Second Secretary, mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Varsavja. 

Ambassador Marisa Farrugia being greeted by the President of the Republic of Poland, H.E. Andrzej Duda