Poeżiji fil-Belt 2021

Poeżiji fil-Belt 2021

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Apr 22, 2021
 

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Varsavja ħadet sehem fi proġett organizzat mill-fergħa tal-EUNIC – l-Istituti Nazzjonali għall-Kultura tal-Unjoni Ewropeja ġewwa l-belt kapitali Pollakka, intitolat ‘Poeżiji fil-Belt 2021’.

 

L-objettiv tal-proġett huwa illi jagħti pubblicità fit-toroq ta’ Varsavja lil poeżiji ġejjin minn diversi pajjiżi Ewropej. Għal dan il-għan, il-EUNIC ikkollaborat mal-awtoritajiet lokali f’Varsavja sabiex numru ta’ poeżiji bl-ilsien oriġinali jiġu esebiti ġewwa postijiet prominenti madwar Varsavja kollha matul il-maġġor parti tax-xahar ta’ April.

 

L-Ambaxxata ta’ Malta f’Varsavja talbet l-għajnuna u l-fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti bil-ħsieb illi jagħzel poeta Malti sabiex jirrappreżenta lil Malta u jisponsorja l-parteċipazzjoni f’dan l-avveniment. It-tema magħzula għal din l-edizzjoni ta’ ‘Poeżiji fil-Belt 2021’ kienet il-Komunità.

 

Għal din l-edizzjoni ta’ ‘Poeżiji fil-Belt 2021’, il-poeżija li ġiet magħżula hi intitolata “qtar” u hija miktuba mis-Sa Nadia Mifsud Mutschler u tradotta għall-Pollakk mis-Sa Zuzanna Gawron. Il-poeżija ġiet ukoll esebita quddiem l-Istitut Kulturali Rumen fi Triq Chopin, fiċ-ċentru ta’ Varsavja, flimkien mal-poeżiji l-oħra li qegħdin jipparteċipaw f’dan il-proġett organizzat minn EUNIC f’Varsavja.



Il-Poeżija “qtar” esebita quddiem l-Istitut Kulturali Rumen fi Triq Chopin


Numru ta’ Poeżiji bl-ilsien oriġinali esebiti fi Triq Chopin, fiċ-ċentru ta’ Varsavja