Malta tiffirma l-‘Amending Protocol’ relatat mal-Ftehim dwar it-Taxxa Doppja bejn Malta w l-Polonja

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 04, 2020
 
Nhar it-Tnejn, 30 ta’ Novembru, 2020, l-ambaxxatur ta’ Malta fir-Repubblika tal-Polonja, l-ET Dr. John Paul Grech, iffirma għan-nom tal-Gvern Malti, l-‘amending protocol’ relatat mal-Ftehim dwar it-Taxxa Doppja bejn ir-Repubblika tal-Polonja w r-Repubblika ta’ Malta.

Ic-ceremonja tal-iffirmar saret fil-sede tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Polonja f’Varsavja.

Għan-naħa Pollakka, l-‘amending protocol’ ġie iffirmat mis-Sotto Segretarju tal-Istat fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Polonja, l-Onor. Jan Sarkowski.

L-‘Amending Protocol’ għandu l-funzjoni li jkompli jippromovi koperazzjoni għal benefiċċju ekonomiku reċiproku u sostenut bejn iż-zewġ pajjizi, konsistenti mal-inizjattivi u obbligi internazzjonali li għandhom iż-żewg pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-OECD, immirati sabiex jiġu kkontrastati l-erożjoni tat-taxxa bazi kif ukoll l-iżvijjar tal-profitti.

Ambassador Dr. John Paul Grech signing the agreement at the Ministry of Finance of the Republic of Poland in Warsaw 

The Under-Secretary of State within the Ministry of Finance of the Republic of Poland, the Hon. Jan Sarkowski.

Ambassador Dr. John Paul Grech together with the Hon. Jan Sarkowski signing the agreement.

Ambassador Dr. John Paul Grech together with the Hon. Jan Sarkowski showcasing the agreement.