L-Ambaxxata ta' Malta f'Varsavja tfakkar il-Jum Internazzjonali Kontra l-Omobfobija w t-Transfobija

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 27, 2020
 
L-Ambaxxatur ta' Malta fil-Polonja - Dr. John Paul Grech - inghaqad ma' numru ta' ambaxxaturi ohra residenti f'Varsavja sabiex  jitfakkar il-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija w t-Transfobija nhar is-17 ta'Mejju - sabiex jishaq favur t-tmiem tal-vjolenza u diskriminazzjoni li jgarrbu dawk b'orjentazzjoni sesswali diversa, identita ta' generu jew espressjoni, kif ukoll karatteristici sesswali.  L-Ambaxxata sahqet u sostniet il-messagg li ' Id-Drittijiet tal-Bniedem huma universali u ghaldaqstant kulhadd, inkluzi persuni LGBTI ghadhom dritt jgawduhom.'

Sabiex jigi mfakkar il-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija w t-Transfobija (IDAHOT), il-koordinaturi ta' din is-sena - l-Ambaxxata tal-Belgju f'Varsavja - b'kollaborazzjoni mal-Ufficju tas-Sindku ta' Varsavja - ghamlu arrangamenti sabiex il-Palazz tal-Kultura w x-Xjenza - bini ikoniku fil-qalba belt kapitali Pollakka - jinxteghel bl-ilwien tal-qawsalla bhala sinjal ta' tama  sabiex tintemm il-vjolenza, diskriminazzjoni u ripressjoni kontra l-komunita LGBTI.

Barra minn hekk, l-ambaxxata ta' Malta f'Varsavja inghaqdet bhala firmatarju ta' stqarrija li giet imressqa minn numru ta' ambaxxati residenti f'Varsavja - dejjem taht il-koordinament tal-Ambaxxata Belgjana - li fiha tenniet l-impenn taghha sabiex jigu promossi u protetti d-drittijiet fundamentali ta' kull individwu, minghajr distinzjoni.  Din l-istqarrija giet pprezentata lill-awtoritajiet tal-gvern Pollakk.​

98610776_1384887251700327_1892448532913192960_o.jpg 
 97776469_1384887498366969_7390032171014029312_o.jpg
98345338_1384887368366982_614185253950455808_o.png
97979029_1384887581700294_159050524530835456_o.jpg