Prezentazzjoni ta’ kredenzjali ta’ l-Ambaxxatur tar-Republikka ta’ Malta għar-Renju tal-Olanda E.T. Dr Pace

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Lul 30, 2020
 
 

Nhar il-15 ta’ Lulju 2020, Dr Mark A Pace ippreżenta l-Kredenzjali tiegħu bħala l-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għar-Renju Olandiż, lill-Majesta’ Tiegħu ir-Re Willem Alexandre f’ċerimonja li seħħet fil-Palazz ta’ Nordeinde, The Hague. Assistew għaċ-ċerimonja wkoll, l-Eċċellenza Tagħha Joke Brandt, Segretarju Ġenerali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Olandiż u L-Eċċellenza Tiegħu Chris Breedveld, l-Gran Mastru tad-Dar Rjali.

Waqt il-laqgħa mar-Re Willem-Alexander, l-Eċċellenza Tiegħu Dr Pace tkellem dwar ir-rabtiet sodi u l-elementi in komuni bejn iż-żewġ pajjiżi. Ġew diskussi fost temi oħra, l-immigrazzjoni irregolari u l-importanza li l-fenomenu jiġi trattat b’mod komprensiv. Sar aċċenn ukoll fuq l-importanza tas-solidarjeta’ fil-konfront ta’ din l-isfida.

Issemmew ukoll l-isfidi li Malta qed tikkonfronta f’dan il-mument. F’dan il-kunest l-Ambaxxatur Pace aċċenna għar-riformi estensivi li qegħdin jiġu mfassla u implimentati mill-Gvern Malti.

F’din l-okkażjoni l-Ambaxxatur Pace kien akkumpanjat mill-partner tiegħu Is-Sur Rick Bijkerk u mis-Sur Simon Grech, First Secretary fl-Ambaxxata ta’ Malta, The Hague.

Bħala parti mill-mandat tiegħu fl-Olanda, fis-17 ta’ Lulju 2020, l-Ambaxxatur ippreżenta il-Kredenzjali tiegħu bħala ir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta lill-Eċċellenza Tiegħu Fernando Arias, id-Direttur Ġenerali ta' l-Organiżżazzjoni għall-Prevenzjoni tal-Armamenti Kimiċi (OPCW). L-Ambaxxatur u id-Direttur Ġenerali ddiskutew l-għanijiet ta’ l-Organiżżazzjoni kif ukoll ir-rwol ta’ Malta fl-OPCW. Iż-żewġ naħat saħħqu fuq l-importanza tal-multilateraliżmu f’kuntest internazzjonali li dejjem qed joffri aktar sfidi.

L-Ambaxxatur Pace kien akkumpanjat mis-Sur Simon Grech, First Secretary fl-Ambaxxata ta’ Malta, The Hague.

 150720735.jpg
 150720750.jpg
 150720860.jpg
 PACE SG with flags.jpg

Image Credits
Presentation of credentials to HM King Willem-Alexander: ©Jeroen van der Meyde
Presentation of credentials to OPCW DG H.E. Fernando Arias: OPCW