Il-Jum Nazzjonali ta’ Malta ċċelebrat f’Pariġi

Il-Jum Nazzjonali ta’ Malta ċċelebrat f’Pariġi

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Ott 08, 2021
 
Il-Jum Nazzjonali ta’ Malta ċċelebrat f’Pariġi
 

Fit-23 ta’ Settembru 2021, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi ċċelebrat is-57 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza. Għal din l-okkażjoni l-Ambaxxata organiżżat kunċert fis-sala tal-Muniċipju tat-8 Distrett ta’ Pariġi, 'Mélodies françaises, airs d'opéra et surprises maltaises', bis-soprana Johanna Cassar, akkumpanjata mill-mużiċisti Louis Rodde fuq il-vjolinċel u Marion Lénart fuq l-arpa.

 

Fis-diskors tiegħu l-Ambaxxatur Carmelo Inguanez irriafferma r-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn Malta u Franza, filwaqt li rrefera għall-vokazzjoni Mediterranja u Ewropeja ta ‘ Malta.

 

Preżenti għal din is-serata kien hemm is-Sindku tat-8 Distrett ta’ Pariġi, is-Sinjura Jeanne d'Hauteserre; il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, Difiża u Forzi Armati tas-Senat Franċiż, is-Senatur Christian Cambon; is-Segretarju Ġenerali tal-Presidenza Franċiża tal-Unjoni Ewropeja, l-Ambaxxatur Xavier Lapeyre de Cabanes; Ambaxxaturi u membri tal-Kommunita diplomatika f’Pariġi, mmexxija mid-Dekan tal-Korp Diplomatiku, n-Nunzju Appostoliku Mons. Celestini Migliore; il-Konsli Onorarji ta’ Malta f’Bordeaux, Lille, Marseille u Strasbourg; Maltin li jgħixu ġewwa Franza flimkien ma’ ħbieb tal-Ambaxxata.


L-Ambaxxata tixtieq tirringrazzja lil AirMalta, Cisk Lager, Kinnie u l-Awtorita Maltija tat-Turiżmu, li għenu fl-organizzazzjoni tas-serata.​


Ambassador Carmelo Inguanez together with Mr Kurt Vella Fondé, Counsellor, and Mr Robert John Micallef, First Secretary and Cons

Ambassador Carmelo Inguanez together with the Mayor of 8th District of Paris, Ms Jeanne d'Hauteserre
The Town Hall of the 8th District of Paris
Soprano Johanna Cassar
Concert 'Mélodies françaises, airs d'opéra et surprises maltaises'