L-Ambaxxata ta’ Malta fi Spanja tikkomemora il-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, Transfobija u l-Bifobija

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Mej 14, 2020
 
Madrid, 17 ta’ Mejju 2020. Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra l-Omofobija, it-Transfobija u l-Bifobija, li jitfakkar fis-17 ta’ Mejju, l-Ambaxxata tar-Repubblika ta’ Malta fi Spanja ittenni l-impenn sod ta’ Malta għall-ħarsien tad-dinjità u d-drittijiet fundamentali ta’ kull individwu, mingħajr distinzjoni.

B’ħafna pajjiżi madwar id-dinja konfinati minħabba l-COVID-19, it-tbatija ikkawżata mill-omofobija, it-transfobija u l-bifobija tinħass iktar minn qatt qabel. Persuni LGBTI huma aktar vulnerabbli minn setturi oħra tas-soċjetà għal vjiolenza, nuqqas ta’ xogħol, faqar u li jispiċċaw bla dar. Malta tirrikonoxxi d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw madwar id-dinja minħabba l-COVID-19,  membri tal-komunità trans u migranti LGBTI b’mod partikolari, diffikultajiet li qed jikkawżaw problemi serji fejn jidħol l-aċċess ta’ dawn il-persuni għal bżonnijiet bażiċi bħal ikel u akkomodazzjoni. Ir-riskju ta’ eskulżjoni ta’ dawn il-persuni żdied minħabba l-impatt ekonomiku negattiv tal-COVID-19.

Hekk kif pajjiżi madwar id-dinja ‘jiksru s-silenzju’ sabiex jiċċelebraw id-diversitajiet sesswali u tal-ġeneru, intennu l-impenn sabiex it-tweġiba tagħna tindirizza n-neċissitajiet bażiċi li jiggarantixxu d-dinjità u d-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTI.

IDAHOT.png