Preżentazzjoni tal-Copie d’Usage mill-Ambaxxatur Raymond Sarsero

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 02, 2020
 
Fl-1 ta' Diċembru 2020, is-Sur Raymond Sarsero, Ambaxxatur tar-Repubblika ta' Malta għall-Istat tal-Kuwajt ippreżenta l-Copie d'Usage lil E.T. Sheikh Dr. Ahmed Nasser Al-Mohammed Al-Ahmed Al-Jaber Al-Sabah, Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Istat tal-Kuwajt. 
 
Wara ċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni, l-E.T. il-Ministru xtaq lil-Ambaxxatur Sarsero suċċess matul il-mandat tiegħu fil-Kuwajt. Il-Ministru rrefera għall-istorja komuni ta' Malta u tal-Kuwajt u b'mod partikolari apprezza l-appoġġ ta' Malta għall-Kuwajt fl-1990. Il-Ministru semma li hemm għadd ta' possibilitajiet li jistgħu jiġu esplorati biex jissaħħu aktar ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi.
 
L-Ambaxxatur Sarsero rringrazzja lill-Ministru u esprima fiduċja fl’appoġġ tal-uffiċjali tal-Gvern tal-Kuwajt fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali. L-Ambaxxatur qabel mal-Ministru dwar il-ħtieġa li jiġu identifikati aktar oqsma ta' kooperazzjoni. L-Ambaxxatur irrefera għall-kandidatura ta' Malta għall-elezzjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għas-snin 2023-2024 fejn innota li din tkun opportunità għal Malta biex tkompli turi l-impenn tagħha biex tippromwovi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali.
 
L-Ambaxxatur Sarsero kien akkumpanjat mid-Deputat Kap tal-Missjoni, is-Sur David Muscat.

Mr Raymond Sarsero presenting his Copie d’Usage to H.E. Sheikh Dr. Ahmed Nasser Al-Mohammed Al-Ahmed Al-Jaber Al-Sabah 

Mr Raymond Sarsero in a meeting with H.E. Sheikh Dr. Ahmed Nasser Al-Mohammed Al-Ahmed Al-Jaber Al-Sabah