Ambassador Raymond Sarsero presented his Letters of Credence as Ambassador of the Republic of Malta to the State of Kuwait

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Jan 04, 2021
 
Fit-22 ta' Diċembru 2020, l-E.T. Raymond Sarsero  ppreżenta l-Kredenzjali tiegħu lill-Altezza Tiegħu Sheikh Nawaf Al-Ahmad Al-Jaber Al-Sabah, Amir ta’ l-Istat tal-Kuwajt.

L-Ambaxxatur Sarsero ġie skortat lejn il-Palazz Bayan fejn intlaqa' mill-Kap tal-Protokoll tal-Amir u wara li ndaqqu l-innijiet nazzjonali taż-żewġ pajjiżi spezzjona l-Gwardja tal-Unur.

Wara l-preżentazzjoni tal-Kredenzjali waqt laqgħa ma’ l-Altezza Tiegħu l-Amir, ġew innotati r-relazzjonijiet eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll ix-xewqa reċiproka li tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bilaterali permezz tal-iffirmar ta' ftehimiet kif ukoll żjarat.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm ukoll rappreżentanti għolja tal-Kabinett tal-Amir, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, E.T. Sheikh Dr Ahmad Nasser Al-Mohammad Al-Sabah, u l-Assistent Ministru tal-Affarijiet Barranin għall-Protokoll, l-Ambaxxatur Dhari Ajran Al-Ajran.

L-Ambaxxatur kien akkumpanjat mis-Sur David Muscat, Deputat Kap tal-Missjoni u Konslu.

L-Ambaxxatur Sarsero beda l-ħidma tiegħu bħala l-Ambaxxatur tar-Repubblika ta' Malta għall-Istat tal-Kuwajt fl-10 ta' Novembru 2020.

Ambassador Raymond Sarsero in a meeting with His Highness Sheikh Nawaf Al-Ahmad Al-Jaber Al-Sabah, Amir of the State of Kuwait 

Ambassador Raymond Sarsero presenting his Letters of Credence to His Highness Sheikh Nawaf Al-Ahmad Al-Jaber Al-Sabah