L-Ambaxxatur Malti jiltaqa’ ma’ Rappreżentanti tal-Istati Federali Ġermaniżi

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Diċ 21, 2020
 
Din il-ġimgħa, l-Ambaxxatur Vanni Xuereb kompla biż-żjarat ta’ kortesija lir-Rappreżentanti tal-Istati Federali Ġermaniżi f’Berlin, fosthom r-Rappreżentanti ta’ Hamburg u Thuringia.
 
Aktar kmieni dalgħodu, huwa ltaqa’ mas-Segretarja tal-Istat Almut Möller, Plenipotenzjarja tal-Belt Ħielsa u Anseatika ta’ Hamburg għall-Federazzjoni, għall-Unjoni Ewropea u għall-Affarijiet Barranin. Hamburg u Malta għandhom ħafna interessi simili, it-tnejn li huma dar għal portijiet kbar li huma ċentri ewlenin għal kummerċ marittimu fl-Ewropa. L-Ambaxxatur kien akkumpanjat mis-Sa Sephora Gauci, Deputat Kap tal-Ambaxxata. Ġew diskussi oqsma ta’ interess bħar-relazzjonijiet Maltin-Ġermaniżi, il-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 u l-perspettiva reġjonali fid-diskussjoni dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea.
 
Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Ambaxxatur Xuereb iltaqa’ wkoll ma’ Malte Krückels, Segretarju tal-Istat għall-Midja u Rappreżentant tal-Istat Ħieles ta’ Thuringia għall-Affarijiet Federali li miegħu iddiskuta kwistjonijiet bħal relazzjonijiet kummerċjali bejn Malta u l-Ġermanja u l-migrazzjoni. Huma qablu li jesploraw il-possibbiltajiet għal kooperazzjoni bejn Malta u t-Turingija fil-qasam ekonomiku kif ukoll f'oqsma oħra bħall-edukazzjoni u t-turiżmu.

Meeting with Hamburg State Secretary