Ċelebrazzjoni ta’ Jum Malta f’Berlin

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 28, 2020
 
Nhar it-23 ta’ Settembru, Vanni Xuereb, Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ġermanja, u l-konjuġi tiegħu, is-Sur Charlo Baldacchino, tellgħu riċeviment fir-residenza tagħhom ġewwa Berlin kemm sabiex ifakkru s-56 annivesarju ta’ Malta Indipendenti kif ukoll fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni tal-kredenzjali lill-President Federali Ġermaniż nhar is-16 ta’ Settembru.  Il-mistiedna inkludew diversi Ambaxxaturi akkreditati għall-Ġermanja, il-Kap tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Berlin, Uffiċjali mill-Uffiċċju tal-President Federali Ġermaniż u mill-Uffiċċju Federali tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż, Konsli Onorarji ta’ Malta fil-Ġermanja, eks-Ambaxxatur tal-Ġermanja f’Malta kif ukoll l-istaff tal-Ambaxxata Maltija f’Berlin. 

F’indirizz qasir qabel ma ndaqqu l-Innu Malti, dak Ġermaniż u dak Ewropew, l-Ambaxxatur Xuereb tkellem dwar it-tifsira tal-Indipendenza ta’ Malta u l-impenn tagħha lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.  Huwa rrefera wkoll għar-relazzjonijiet bilaterali b’saħħithom bejn Malta u l-Ġermanja u semma’ illi din is-sena jaħbat ukoll il-55 anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-protokolli tas-saħħa u l-prekawzjonijiet kollha stabbiliti mill-Istat ta’ Berlin ġew imħarsa sabiex jassiguraw l-benessere ta’ dawk preżenti.  L-ikel servut kien ippreparat mis-Sur Baldacchino.

Ċelebrazzjoni ta’ Jum Malta f’Berlin

Ċelebrazzjoni ta’ Jum Malta f’Berlin

Ċelebrazzjoni ta’ Jum Malta f’Berlin