L-Ambaxxatur Xuereb jiltaqa’ mas-Segretarju tal-Istat ta’ North Rhine-Westphalia għall-Affarjiet Federali, Ewropej u Internazzjonali

Numru ta' Referenza: 17122020, Data ta' l-Istqarrija : Diċ 17, 2020
 
L-Ambaxxatur Xuereb reċentement iltaqa’ mas-Segretarju ta’ l-Istat ta’ North Rhine-Westphalia għall-Affarjiet Federali, Ewropej u Internazzjonali, Mark Speich, li hu wkoll ir-Rappreżentant ta’ dan l-Istat f’Berlin. North-Rhine Westphalia huwa l-iktar stat federali popolat tal-Ġermanja u huwa ċentru ekonomiku importanti ħafna. L-Ambaxxatur Xuereb u s-Segretarju tal-Istat Speich iddiskutew diversi temi ta’ interess komuni, fosthom ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ġermanja , il-ġlieda kontra l-pandemija tal- COVID-19, ir-relazzjonijiet futuri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, kif ukoll is-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran. L-Ambaxxatur kien akkumpanjat mid-Deputat Kap tal-Missjoni Maltija f’Berlin, Sephora Gauci.

A photo of Ambassador Vanni Xuereb and State Secretary Mark Speich 
Ambassador of Malta to the Federal Republic of Germany, Vanni Xuereb, signing the guest book. 
 Ambassador Vanni Xuereb and State Secretary Mark Speich in a seated meeting.